Bejn Versi u Linji….hemm jiena u inti
$10.35
$19.87
Description Din hi antologija ta’ stejjer qosra u poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż ta’ Joseph Bonello. Insibu 46 silta marbuta ma’ dak li nġarrbu jew nisimgħu kuljum. Għaldaqstant, dawn il-kitbiet għandhom jinftiehmu malajr mill- qarrej anki jekk dak li jseħħ fihom xi drabi jmur lura fiż-żmien. Dan għaliex huma marbutin mal-esperjenza umana, ma’ dak li jogħġobna, iferraħna jew ikiddna. Kemm l-istejjer kif ukoll il-poeżiji joffru varjetà ta’ sfondi jew sentimenti. Xi rakkonti jeħduna fis-sebgħinijiet jew it-tmeninijiet, oħrajn fi żmien aktar riċenti, waqt li oħrajn donnhom mhuma marbuta ma’ ebda żmien. Insibu fihom dak li jġiegħlek titbissem u dak li jħassbek dwar il-ħajja umana. Dan jgħodd ukoll għall-poeżija – tmiss il-qalb u tikxef dak li jkun għaddej minn moħħ il-poeta kemm f’mumenti ibsin u anke f’mumenti pjaċevoli, imma l-qarrej se jiskopri kemm hemm dak li bosta drabi jħoss hu stess imma mhux dejjem jaf kif jesprimi, u dan jagħti pjaċir lill-qarrej li jrid jiltaqa’ mal- ġewwieni tiegħu nnifsu.
Poetry