Bir-Rima Nagħtu Qima
$10.8
$18.14
Description “Meta nħares lura lejn il-passat ta’ tfuliti, missieri u l-kelma miktuba kienu ’l bogħod minn xulxin daqs baħar jaqsam. Meta kont għadni tfajjel, kotba d-dar tagħna kien hemm ftit wisq, u l-ftit li kien hemm kienu kotba fuq sistemi tal-elettriku u tal-elettronika li hu kien juża fix-xogħol tiegħu ta’ electrical fitter fit-Tarzna ta’ Bailey. Għalhekk ħadd ma kien sorpriż iżjed minni meta beda ħiereġ dan il-kliem imqabbel u poeżiji minn taħt idejh, kif ukoll beda jiktibhom, u li bir-rata li bdew jinkitbu qatagħli nifsi. Din il-ġabra ta’ poeżiji li hawn f ’dan il-ktejjeb hija biss għażla ta’ ftit minnhom.” – Ray Gatt, kirurgu “Is-sabiħ ta’ dan il-proġett hu li l-poeżija mhux biss tkun espressjoni tal-kelma, imma toħroġ ukoll il-ħsieb imżewwaq, l-għarfien, u l-valuri tal-kittieb. Il-ġmiel poetiku, ma’ dak l-għarfien li joħroġ matul il ħajja u l-milja tagħha meta nikbru, isaħħaħ l-espressjoni b’mod umanistiku u reżiljenti mal-ħsieb dwar il-ħajja.” – Noel Borg “Richard Gatt jikkonċentra l-aktar fuq il-messaġġ li jrid iħalli fil-versi ta’ kull poeżija tiegħu. Messaġġ dejjem pożittiv u b’intenzjoni li jagħmel il-ġid lil min jaqra. F’kull poeżija jispikkaw il-valuri Kristjani tal-awtur. Valuri li xtaq iwassalhom mhux biss permezz tal-kitba imma wkoll bir-rima fil-versi tiegħu, kwalità mhux dejjem faċli għal kull min kapaċi jikteb.” – Joe Cassar
Poetry