Omm ta’ Bosta Wlied 3
$13.5
$26.73
Description Meta wieħed jagħraf għeruqu u minn fejn tnissel, jasal biex japprezza aħjar dak kollu li għandu u dak li wiret mingħand l-antenati tiegħu. Bħal f’familja, il-komunità tar-raħal u tal-parroċċa, ukoll għandha l-għeruq fondi tagħha li tul il-medda ta’ mijiet ta’ snin, missirijietna ħadu ħsieb li jxettlu u jkabbru f’siġra li tat il-frott li qed ingawdu aħna llum. Dan it-tielet volum ta’ din is-sensiela jkompli fuq l-istil u l-istruttura taż-żewġ volumi ta’ qablu. Ix-xewqa hija li permezz ta’ din is-sensiela, il-Gudjani u nies oħra li jħobbu l-istorja u l-wirt tal-ilbiet u l-irħula tagħna, isibu dawn l-artikli ta’ interess, jitgħallmu u jġeddu x-xewqa li jippreservaw dak kollu li writna mingħand ta’ qabilna. Din is-sensiela Omm ta’ Bosta Wied – Minn Bir Miftuh sal-Gudja, għandha l-iskop li sservi bħala enciklopedija ċkejkna ta’ dak li matul iż-żmien sawwar u għadu jsawwar ir-raħal tal-Gudja minn żmien Bir Miftuh sal-lum il-ġurnata.
Localities